<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/platform.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar/15005513?origin\x3dhttps://hbulastirati.blogspot.com', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>


Riċetta - (Ċali Grima)


Qari ta' Alex Vella Gera


Riċetta

... lill-Kid

Immaġina swaba’ tal-ħġieġ
pjanu tal-ħġieġ
sikkina tal-ħġieġ
tojlit pejper tal-ħġieġ bid-demm miegħu
petne tal-ħġieġ
minuti tad-dqiq
dell iswed isawwat dell ieħor
xita ta’ ħġieġ
immaġinani niekol dubbiena
l-inka mill-qamar
napkin bis-sadid
Bach b’sormu barra
iġerrieh mill-ġewwa tiegħu
riħa ta’ ħabs
ħabel ta’ qanpiena
flixkun ta’ l-ilma mtaqqab
l-aħħar ħarsa ta’ wieħed ħa jitgħallaq
it-tmiem ta’ soru
verġni żverġnata
pitazz magħluq
pjazza mejta
sieq waħda
kelma waħda
lazz maħlul
bank vojt
buttuna miftuħa
il-mewt ta’ ommok
id-disinn f’idejn missierek
it-tfal jilagħbu
b’għasfur mejjet
kollox tal-ħġieġ
kollox talba waħda
miżien wieħed
somma waħda
........============*************************
ħajja waħda.