<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/platform.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d15005513\x26blogName\x3d%C4%A6bula+stirati\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttps://hbulastirati.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3dit_IT\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://hbulastirati.blogspot.com/\x26vt\x3d452769539189636348', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe", messageHandlersFilter: gapi.iframes.CROSS_ORIGIN_IFRAMES_FILTER, messageHandlers: { 'blogger-ping': function() {} } }); } }); </script>


Lejn Sliem Dejjiem - (Kevin Saliba)


Qari ta' l-awtur


"There are things known and there are things unknown, and in between are the doors of perception." - Aldous Huxley

Lejn Sliem Dejjiem
(lil Neville)

Kif tfaqqa’ mill-qiegħ bi fqiegħ il-faqqiegħ
u tistenbaħ miblugħ bla għamad fir-ruħ,
tibżax mill-frammenti jqattru mill-menti,
tmerraq f’dal-ħolqien lejn sliem mid-dejjiem.


Mur iddewweb fid-dwiem l’jisboq kull kliem
ħa xxammem l-ilwien tal-baħar fiddien.
Ħarislu fir-riħa ħa ttegħimlu l-fwieħa
u bejn daħka u demgħa ssemma’ lis-sema.

Dik hi n-Nirvana, mhix aktar Samsara,
issibha f’kull għoġba li tmiss, li tara.
Xejn xejn tant itqis f’dal-qmis man-narċis,
’żda ntreħa ħa tfur bħal fjur f’kull kulur.

Biss itbissem fl-għadajjar u mur lemmaħ
lix-xmajjar, dak ir-rifless sbejjaħ ħlejju
tat-tfajjel Narċisju. U ibqa’ kif ġej,
sew bi nhar sew bil-lej’ - sellej mal-Mulej.



Kummenti: 2


Anonymous Anonimo qal(et)...

Jien ghalliema tal-Malti u nghallem it-tielet sena sekondarja. Ghal din l-eta' rajt adattati zewg poeziji ta' Kevin Saliba: Notturn u Is-silenzju u jien. Huwa possibbli li l-poeta jaqra hu stess dawn il-poeziji biex jien fil-klassi nuza r-recording bil-qari tieghu?

5.9.07  
Blogger L-Imżebbel qal(et)...

Qabelxejn nirringrazzjak ta' l-interess tiegħek.

Sfortunatamernt bħalissa m'għandix il-mezzi biex nirrekordja dawk iż-żewġ poeżiji. Fil-każ ħallili l-indirizz ta' l-emajl tiegħek u ngħarrfek meta nkun f'qagħda li nirrekordjahom.

Tislijiet.

5.9.07  

Ħalli kumment

<< Lura għall-paġna ewlenija