U kieku jiena salib? - (Ċali Grima)
Qari ta' Alex Vella Gera
U kieku jiena salib?
Rajtek ġejja bl-offerti
bid-dmugħ ta’ moħħok fi plattina.
Kien hemm 3, 2, 1, jew erbgħa
u lanqas biex tisqi għasfur li kien
għadu jitwieled ma kellek.
Ħarist lejn wiċċek u qabadni l-għatx.
Għall-ewwel darba minn wara
dik il-mera saħħant it-toqob
tal-ħsibijiet tiegħek:
"Ġibu lura għax inħobbok," għidt inti
ġibu lura lura lura u
suffarina nħliet u spiċċajna fid-dlam.
Fis-skiet wara l-purtiera tal-ħġieġ
stennejtek
tinża’ u turini sidrek roża,
toħroġ idek biex twaddab il-ġebel
twaqqa’ ’l xi ħadd minn fuq xi bandla
għax dejqek
u x-xita bdiet nieżla u l-ħbula
bdew jinżlu u d-dmugħ beda jikber
ġo kuċċarina
u gdibt bħall-ewwel inbid li
żżidlu zokkor u gdibt
bħall-ajruplan tal-plastik
u gdibt meta kont taf li
kelli kanser (f’xi żmien)
(Għalfejn) => biex tieħu l-flus tiegħi
Orbot idejk bħal tifla zgħira
u jiena nżilt minn hemm
u gdimtlek għonqok.
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija