Il-farfettier u l-farfett - (Alex Vella Gera)
Qari ta' Antoine Cassar
Il-farfettier u l-farfett.
Arranġament wisq perfett!
Bħalu niġri bla nifs warajja,
bħalu ngħix din l-eħrex ġrajja.
Fil-ġnien fejn xejn m’hu xejn
inxejjer ix-xibka
u nperper ġwinħajja.
F’dil-ħarba li ħrabt
qed nitgerbeb f’saqajja ...
u l-ebda werqa ma toffri l-kenn.
Għiduli, x’jifdal minni meta l-kaċċa tintemm?
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija