Żommha ċivili - (Mario Vella)
Qari ta' Antoine Cassar
Żommha ċivili
żommha ċivili
faxxa għall-ġerħa, aħdar għall-bili
Żommha ċivili
żommha ċivili
abjad fuq iswed, inka ġol-vini
Żommha ċivili
fidi għall-fidili
ħelsien proviżorju kif titlob il-liġi
Żommha ċivili
… … u semi-servili
torbothiex ma’ qalbek u lanqas mat-tustiera
keffinha fil-kutra li qabbilt mal-purtiera
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija