<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/platform.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d15005513\x26blogName\x3d%C4%A6bula+stirati\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttps://hbulastirati.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3dit_IT\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://hbulastirati.blogspot.com/\x26vt\x3d452769539189636348', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>


Saħħiet - (Antoine Cassar)


Qari ta' l-awtur


Saħħiet

Saħħa, blata ta’ qalbi, il-port kenni tar-ruħ,
saħħa festa tar-raħal, u l-briju għal għonq it-triq,
saħħa, ħajt tas-sejjieħ, saħħa, ħamrija tfuħ,
saħħa dell tal-ħarruba fej’ iżarżar il-werżieq.

Saħħa, kamarti mdawla, saħħa, sema miftuħ,
saħħa rdum ta’ l-Imnajdra, saħħa Wied iż-Żurrieq,
saħħa, xemx wisq sabiħa, u taqli wisq l-imħuħ,
saħħa tfajla Maltija li għebet maż-żerniq.

Saħħa, pulitċi mxaħħma, saħħa, ambjent meqrud,
saħħa ġawhra tal-baħar maħkuma llum mid-dud,
saħħa ġenna ta’ l-art li ma tinsab imkien.

Saħħa. Dal-iben ħali li ta’ tfajjel ħalliem
tar ’l hemm mingħajr ma ried, ġie lura u sab is-skiet,
tgħallem, tmallat, u nbiegħ. Tlaqtek. Daqshekk. Saħħiet.