<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/platform.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d15005513\x26blogName\x3d%C4%A6bula+stirati\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttps://hbulastirati.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3dit_IT\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://hbulastirati.blogspot.com/\x26vt\x3d452769539189636348', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe", messageHandlersFilter: gapi.iframes.CROSS_ORIGIN_IFRAMES_FILTER, messageHandlers: { 'blogger-ping': function() {} } }); } }); </script>


L-aħħar għanja tal-baħħar - (Alex Vella Gera)


Qari ta' Alex Vella Gera, Mark Vella u Twanny Cassar


Max-xafra tax-xefaq barxu għajnejna,
minn xtutna musfara tbakkarna.
Għajnejna fir-riħ żebbġu d-demgħat,
u bħal sħab mal-mewġ tkaxkarna.


Jum welled jum u l-ebda art ma lmaħna,
fis-sema bajdani bħal għajn l-agħmi
xejret denbha ħarsitna għatxana.
U taħt il-poppa rabbejna l-annimali.


Fil-qlugħ imqawsa jilheġu fir-riħ
tħaddnet imkeffna xewqitna.
Tbenninna mill-mewġa tinġabar fil-qiegħ,
u ma’ wiċċna ċċappset bewsitha.


U ħlomna flimkien l-imwieġ mudlama
jitremblu mistura f’żaqqiet allatna,
u fl-ixkuma tat-tranja li ħallejna warajna
tfasslet il-libsa ta’ vjaġġ mingħajr tama.


Minn sħaba sewda mxaħħma, bħal daqqa ta’ ħarta
faqqgħet berqa li ċarrtet is-sema bħal karta!
Il-baħar tmasħan, dahar muqran li qam minn elfejn raqda;
ħa nifs qawwi ’l barra sakemm ċkien u tbaxxa.


Fil-quċċata ta’ mewġa li b’saħħa twerwer ġarrietna
’l hemm u ’l hawn bħal ġugarell fl-idejn qerrieda ta’ tarbija
rajna mdawla minn sajjetta art ġdida tleqq ħadranija
u lejn din l-omm, bl-aħħar qatriet ta’ saħħitna, ersaqna.


Nifisna ċċarrat f’elfejn biċċa
u x-xini tqanżaħ u żgiċċa
għal ġo qala tongħos in-nagħsa ħadra li tfur
u tgeżwer madwarha l-għajat ta’ elf għasfur.


Fuq wiċċ l-ilma tkemmex is-sema
hekk kif erħejnielha għal fuq l-art
u bir-reqqa qandilna lsienna taċ-ċomb
tul il-mergħat irvellati tas-sodda fejn qomt.