<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/platform.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d15005513\x26blogName\x3d%C4%A6bula+stirati\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttps://hbulastirati.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3dit_IT\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://hbulastirati.blogspot.com/\x26vt\x3d452769539189636348', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe", messageHandlersFilter: gapi.iframes.CROSS_ORIGIN_IFRAMES_FILTER, messageHandlers: { 'blogger-ping': function() {} } }); } }); </script>


Il-bar ta' taħt il-knisja - (Mario Vella)


Kant u mużika tal-Brikkuni


Fil-bar ta’ taħt il-knisja
jonxru ħwejjeġ tal-mistħija
u smajt li bintek tgħidx kemm tħobb tintelaq hemm

Fil-bar ta’ taħt il-knisja
belgħa tè tixroblok lira
iżda t-tazza qisha borma u tgħidx kemm tleqq!

L-irġiel ma jaqbdux nisa
in-nisa jonsbu għan-nisa
u meta jitbewsu spiss jolqtu x-xufftejn

Jiena noqgħod fuq li smajt
qħab u pirmli
issa għaxxaqna ’l Alla!
Xi ħniżrija ta’ nies għandna mas-saqajn

U Claire tilgħab bil-frenża
waqt li Elaine timlieha xemgħa
Gużè m’affordjax waħda u xorta xtaq tnejn
iċ-ċrieket issikkati madwar swaba’ inkallati
jinħallu mal-ħmura troxx fuq il-ħuġbejn

Fil-bar ta’ taħt il-knisja
jonxru ħwejjeġ tal-mistħija
u fuq sider bintek jaf issibni hemm

Fil-bar ta’ taħt il-knisja jiena mmur
naħqar il-pulmun u nbul fuq l-intellett

Fil-bar ta’ taħt il-knisja
kull dritta ssir milwija
u jekk kuċċarina tleqq ngħadduha b’deheb

Mur u oqgħod fuq li smajt
qħab u pirmli
issa għaxxaqna ’l Alla!
Xi ħniżrija ta’ nies għandna mas-saqajn



Kummenti: 6


Anonymous Anonimo qal(et)...

Bhala poezijja mhix il generu tieghi ghax jien toghgobni ir rima!
Naprezza l gazz ta dan il bniedem li ma ddejjaq xejn jobzoq dak li kien qed iberren f'mohhu f'wicc din is socjeta ipokrita li nghixu fiha!
Prosit tassew!
P.S....bilhaqq,fejn hu dan il bar? ;)

15.7.07  
Anonymous Anonimo qal(et)...

il-bar huwa mnebbah minn gay bar (li issa m'ghadux) f'rahal li bhall irhula l-ohra Maltin (u forsi anke mhux Maltin) huwa dominat minn mentalita insulari. Hemmhekk kienu jintefghu nies li tobsor izda wkoll bosta li ma tobsorx. Pero izjed milli f'dan il-post partikolari il-Bar ta taht il-knisja qieghed fil-mohh ghajjien ta kull min huwa mxebbgha mir-rutina u jixtieq li imqar ghal ftit mumenti jintelaq ghal impulsi primali tieghu

- Marju

16.7.07  
Anonymous Anonimo qal(et)...

MGHUX HAZIN,ALKEMM MA TANTX NIFEM FIL POEZIJA.IMSOMMA IBQU SEJRIN KIF INTHOM GHAX MILL-LUM HA NIDA
NIEHU NTERESS,GRAZZI


BORMLIZ

23.10.08  
Blogger Miriam Galea qal(et)...

Questo commento è stato eliminato dall'autore.

7.1.09  
Blogger Miriam Galea qal(et)...

Viva s-sogru u l-periklu! Dejjem ifiġġu x'imkien..

7.1.09  
Blogger Erezija qal(et)...

Right on sister!

13.11.09  

Ħalli kumment

<< Lura għall-paġna ewlenija