Godscare - (Kevin Saliba)
Qari ta' l-awtur
Godscare
’L hinn minn kull waqt u mument imminenti,
hemm seħer setgħani jsaħħar il-menti
hemm magu immanenti u traxxendenti
hemm ġenju esiġenti u omnipotenti,
xejn ma jaħrablu għaliex omnixxenti.
Lil hinn mill-materja intelliġenti,
hemm enti potenti dejjem timponi
hemm anti-materja trid l-attenzjoni,
hemm ras kbira dinja appik se timplodi
kif tħakkek ma’ ħsiebek, moħħok jisplodi.
F’kull rokna hawn fl-art, f’kull roqgħa fis-smewwiet,
hemm ħaġa moħġaġa b’mijiet t’ismijiet
hemm qlajja’ senswali mit-twila u bla sies
hemm mostru jixpakka għax b’saħħtu u bla qies,
sadist-patriċida jisplodi ġon-nies.
M’hemmx x’tiddefinixxi. U d-demm inixxi,
waqt l’inti tpixxi, sa ma tisparixxi.
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija