<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/platform.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://draft.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d15005513\x26blogName\x3d%C4%A6bula+stirati\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttps://hbulastirati.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3dit_IT\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://hbulastirati.blogspot.com/\x26vt\x3d452769539189636348', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe", messageHandlersFilter: gapi.iframes.CROSS_ORIGIN_IFRAMES_FILTER, messageHandlers: { 'blogger-ping': function() {} } }); } }); </script>


Xtaqt xebbahtek - (Alex Vella Gera)


Qari ta' Alex Vella Gera


Xtaqt xebbahtek ma’ leqqet il-jum,
iżda x-xemx xjaħet,
il-bjuda nġabret
u tgeddset fija xenqa xurbana
biex nixrob minn dik l-għajn li ma tisqix
lanqas werqa mill-ġmiel t’għajnejk.

Ġieli nimraħ fil-pajsaġġ mistur,
fejn fis-sema jitpinġew id-dijagrammi tat-tjur,
fejn taħt it-tisbit fieragħ tal-ġwienaħ
nistenbaħ fid-dawl li trabba
fl-irkejjen minsija ta’ l-ifjen imħabba.

Għal kemm-il jum ġarrejt dak is-sejf
magħġun mill-azzar imkebbes ta’ xufftejk?
U li kieku sibtek ma’ wiċċi x’kont insejjaħ tiegħi
ħlief l-għadajjar jixirfu fuq l-għoljiet ta’ ħaddejk?
Tini d-demgħa li ġġelben u tnixxi
mill-misteru ta’ għajnejk.

Xuxtek nokkli titmewweġ ma’ dahrek
’l isfel tisserrep lejn wied imsarnek.
Xuxtek xita mudlama
mat-tieqa li ssawrek.
Qed infittex fejqan fid-dlamijiet ta’ xagħrek.



Kummenti: 2


Anonymous Anonimo qal(et)...

Prosit hafna lahwa. L-idea tal-genn u l-poeziji sbih. Keep it up. Forsi naqa arrangament fil-qari jista jsir. Hawnhekk hadt l-impressjoni li il-qarrej (li warakollox huwa l-awtur - u fuq hekk haqqu prosit ohra)jew ma kellux aptitha jew ma nafx lol.
Imma prosit ta vera. I like !!

3.10.08  
Blogger Erezija qal(et)...

Hehe fil-fatt vera ma kellix aptit naqra, ghax ma nafx kif :) grazzi tal-prosit.

7.4.09  

Ħalli kumment

<< Lura għall-paġna ewlenija