Kmieni filgħodu - (Ċali Grima)
Qari ta' Antoine Cassar
Kmieni filgħodu
Kmieni filgħodu meta l-kuluri
imutu fil-qiegħ ta’ l-affarijiet
kollox jimxi b’lura
u l-lingwa ta’ bil-lejl terġa’
lura fil-fliexken mimlijin
inka.
Kmieni filgħodu
meta jittewbu l-ewwel sħab fis-sema
meta t-traffiku ta’ l-għasafar jimtela fl-ajru
u l-ħsejjes kbar jilagħbu maż-żgħar
u l-bibien jinfetħu
u s-silenzju tat-twieqi jitwieled
fid-dawl ġdid
kmieni filgħodu.
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija