Oħra - (Ċali Grima)
Qari ta' Antoine Cassar
Oħra
Mara ħalli jissaddu fid-dawl tal-qamar dawn id-dwiefer
sa meta sorm ix-xemx
ineżża’ l-gideb,
ir-reliġjon,
il-qatgħa tal-blejd fil-leħja tal-patata …
Il-bidwi joħlom fil-bir
bil-piżelli tal-ġenna ...
Il-ġisem jixtieq ir-ruħ,
ir-ruħ tixtieq il-ġisem u qatt ma lagħbet il-passju
Is-supositorjus tad-deheb
jiġi bħal filokalja tal-mużika fil-bard ta’ Moska
U malet malt malata?
Nieklu ravjul tal-ħaxi
bl-ispinaċi
innoċenti
tagħna,,,,,,,,,.,.,,.
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija