Ħbula stirati
25.08.07 - Riċensjoni ta' Achille Mizzi (Il-Mument)
Ħbula stirati huwa l-isem ta’ ġabra ta’ poeżiji li għadhom kemm ħarġu ħames awturi li, safejn naf jien, huma ġodda fix-xena letterarja, tneħħi xi wħud minnhom li għandhom xi poeżiji diġà mxandra ’l hawn u ’l hemm.
Kif ingħad fid-daħla qasira imma tassew interessanti għal din il-ġabra, l-isem jirreferixxi għall-ħabel stirat li nsibu fiċ-ċirklu tal-kummiedja. U tabilħaqq f’din il-ġabra nsibu bosta elementi taċ-ċirklu – insibu s-sogru u l-ardir taż-żgħożija li, għalkemm imħarrġa tajjeb u fl-aqwa tas-setgħat fiżiċi u mentali tagħha, tikkonfronta l-elementi permezz tal-bravado intellettwali, bl-erotiżmu spint u bl-isfidi għal dak kollu miżmum bħala stabbilit mill-ġenerazzjoniiet ta’ qabel. Insibu wkoll l-entużjasmu, l-immaġinazzjoni mixgħula u l-logħob bil-kliem.
Ħbula stirati mhux xogħol ta’ psewdo-poeti (li minnhom illum għandna ħafna) li kemm kemm jafu fejn toqgħod il-poeżija aħseb u ara kemm għandhom ħila jdommu l-kliem skond is-sengħa letterarja. Ħbula stirati, madankollu, mhux intiż għal dawk li jaħsbu li l-poeżija waqfet f’Dun Karm, Rużar Briffa u Karmenu Vassallo, bir-rispett kollu li dawn jixirqilhom.
Dan il-ktieb huwa eżempju tajjeb tal-poeżija moderna u post-moderna fejn il-kittieb jittama li jikseb valuri li m’għadhomx komunement aċċessibbli permezz tar-reliġjon u tal-filosofija. Hija poeżija essenzjalment eżistenzjalista li tipprova tfittex sensibbiltà ġdida biex tissielet mal-kriżi ta’ l-identità li tkidd lill-poeti fis-sitwazzjonijiet ta’ l-eżistenza... l-inċertezza, l-imħabba, il-ġibda/bruda lejn gżiritna, is-sess, in-normi tal-moralità jew in-nuqqas tagħhom f’kull individwu.
Fattur determinanti f’din il-kwalità ta’ poeżija huwa t-twarrib ta’ kull impożizzjoni, kull aljenazzjoni, kull kodiċi kulturali, kull awtorità immirata biex trażżan l-espressjoni tal-“jien” permezz ta’ l-arti, u l-ħajja libera. Dan huwa x-xogħol ta’ ħames poeti li, għad li m’humiex kollha ta’ l-istess kalibru, kollha għandhom xi jgħidu u kollha dak li għandhom x’jgħidu jafu jgħiduh.
MARIO VELLA jolqtok għall-ħila li biha jipproġetta l-individwalità tiegħu f’xogħlu, anke jekk għadu mhux deciż jiktibx “poeżija” inkella lirika biex titkanta. Forsi hu jkun l-ewwel wieħed li jistaqsi jekk din id-distinzjoni hemmx lokha. Vella għadda mit-triq li għaddew minnha tant kantawturi, bħal Jacques Prévert li għanna fil-kabarejiet ta’ Pariġi, u tant oħrajn li rnexxielhom jinfilsaw ruħhom fil-letteratura internazzjonali. Vella ma jpittirx il-poeżija tiegħu fuq il-ħarir bl-ilwien frivoli u sentimentali ta’ xi Boucher, imma fuq ix-xoqqa ħarxa daqs xkora. Il-pinzellati tiegħu mhux daqqiet delikati, imma goffi, kultant goffi apposta biex jidhru maskili, non-konformisti, boemi.
Dawn ivarjaw minn deskrizzjoni ta’ l-għatx spiritwali, bħal f’Ħaruf tal-ħrejjef, fejn jgħid:
għall-erotiżmu sfrenat li nsibu fil-poeżija Ix-xewk u x-xwiek, fejn jgħid:
Mario Vella ppreżenta t-taqsima tiegħu taħt l-isem Brim biex jagħti x’jifhem li dan xogħlu huwa riżultat ta’ ġestazzjoni, ta’ maturazzjoni li l-frott tagħha qiegħed f’idejna.
ALEX VELLA GERA huwa poeta żagħżugħ ieħor li ħalla ritratt bijografiku tiegħu f’dan il-ktieb taħt l-isem ta’ Farfettier li, wieħed jippresumi, jiġri wara l-farfett. X’inhu l-farfett ta’ Vella Gera? Il-poeżija ta’ Vella Gera għandha aktar min-nixxiegħa rqiqa li toħroġ tgelgel safja aktar milli tiżbroffa. Mhix vuċi affermattiva, stridenti li tobbliga lil min jisma’ jwaqqaf widnejh. Vella Gera ma jaqbdikx mill-pavru u jgħidlek “ejja xbin…”. Imma jisirqek ħelu ħelu… Waqtiet il-poeżija tiegħu hija bħal kameo li sforz iċ-ċokon umli tiegħu ma tintebaħx bi ġmielu mill-ewwel. Mhux il-poeta feroċi, għaliex l-ossessjoni tiegħu hija pjuttost dik li jiftakar wara ħolma konfuża iżda li tweġġgħu b’ħafna snanar, fejn l-istħajjil jisfa’ illużjoni, u t-tama tisfa wġigħ akbar.
Hekku kliem il-farfettier:
Inkella s-sens ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjoni li qatt ma jimtela minkejja l-ġiri wara l-ħolm:
Madankollu f’ċerti waqtiet, il-fatt li l-ħolma tiegħu tidher sfukata wisq inaqqas mill-intensità tagħha bħala viżjoni letterarja.
KEVIN SALIBA m’għandux kantunieri: f’dak li jgħid u f’dak li jagħmel sikwit ifittex l-assoluti ’l fuq jew ’l isfel. Ferħan bil-medda li tagħtih l-espressjoni metaforika, bħal gidi għadu jitwieled u li sab li s-sema u l-art ma fihomx truf, għax hu għadu ma ħabat ma’ l-ebda skoll. Huwa faċli għal żagħżugħ li, bħal ħafna qablu, qaleb rasu fuq Nietzsche, ikkontempla x’qal Aldous Huxley fid-Doors of Perception meta dan ta’ l-aħħar daq ix-xaħxieħa ta’ l-LSD u qara dwar l-imħabba ħielsa, anke jekk mhux iġjenika sa barra (ara lil Moira Egan u lil Antonin Artaud), biex jesklama:
Madankollu lil Kevin xorta waħda narawh fis-Summa Theosophica jmaħħaħ dwar il-baħħ ta’ kollox quddiem:
Kevin Saliba spikka wkoll fil-ħila tiegħu bħala traduttur ta’ poeżiji ta’ ħaddieħor. Fil-lingwaġġ tiegħu hemm ċerti laqtiet, xi wħud minnhom pjuttost ġodda fil-Malti letterarju, li juru li hu tabilħaqq mgħallem f’dan ix-xogħol. Difatti huwa, flimkien ma’ tnejn oħra minn sħabu, jaħdem bħala traduttur ma’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.
ANTOINE CASSAR seddaq din il-ġabra b’sensiela interessanti ta’ poeżiji ‘multilingwi’. Meta qed ngħid multlingwi ma nfissirx li kull poeżija hi b’lingwa differenti, imma li kull poeżija hija msawra minn kliem b’diversi lingwi - stil li ġie mħaddem anke minn Ezra Pound. Dan l-istil ta’ kitba jista’ jissejjaħ soraismus u ġie mħaddem minn ftit awturi għalbiex jinkiseb l-effett ta’ ironija. Ħaddmuh fost oħrajn Ninu Cremona, Victor Fenech, Ġan Anton Vassallo u Frans Sammut. Dan l-istil jissejjaħ ukoll makkeroniku (ara Prof. O. Friggieri, Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji). Sata’ Cassar, li kieku ma kienx poeta raffinat, kolt u ta’ ħila, għamel kakofonija sħiħa. Fil-fatt, Cassar inqeda bil-forma dejqa tas-sunett taljan biex damm ma’ xulxin b’mod pulit impressjonijiet, ideat, sentimenti, nostalġiji, espressjonijiet popolari u għajdut ieħor. Biex għamel dan uża mas-seba’ lingwi. Jiena għoddejt il-Malti, l-Ingliż, il-Franciż, il-Germaniż, iċ-Ċek, l-Ispanjol u l-Latin. Li hu ta’ l-għaġeb hu kif Cassar seħħlu jintreċċa dawn il-lingwi kollha flimkien b’tali mod li jidhru minsuġa f’xulxin bħal arazzi wieħed - jew mużajk kif, tabilħaqq, hu stess sejjaħ lit-taqsima tiegħu f’dan il-ktieb. Dawn il-komponenti mhux mixħutin bl-addoċċ imma fihom sekwenza poetika li turi li l-intenzjoni hi li l-kliem jaqdi s-sens u mhux il-kuntrarju. Din l-istrateġija żżid il-misteru u l-ambigwità tal-poeżija ta’ Cassar għax, kultant, la taf hux jitkellem bl-ironija, la taf hux bil-burlesk, inkella mill-banda l-oħra bl-akbar serjetà. Dan jagħmel il-poeżija aktar stimulanti. Ħaġa waħda hija ċerta - li l-poeta jirnexxilu joħroġ riflessjonijiet, xi drabi serji u profondi dwar l-eżistenza tiegħu nnifsu u tal-ħajja in ġenerali. Iżda dak li hu l-aktar impressjonanti, apparti l-għarfien tajjeb ħafna tal-lingwi u l-bagalja kulturali li tmur magħhom, Cassar għandu widna fina mhux biss għall-kelma jew l-espressjoni individwali meħuda fiha nfisha imma wkoll sensittività akuta għall-valur sonorju u pittoriku ta’ kull kelma.
Bħala eżempju sa niġbed din l-istrofa minn Ciao amore ciao:
Wieħed josserva l-logħob bil-ħoss tal-kelma permezz tar-ripetizzjoni u tar-rima interna adagio, agio, bacio kif ukoll arc-en-ciel, que tu es belle! u l-onomatopeja arc-en-ciel, deux corps, chiudo gli occhi.
Dawn u oħrajn iġegħluk taqrahom u tarġa’ tixtarrhom. U xi ngħidu għal frażijiet oħra bħal?:
U x’jidhirlek mid-definizzjoni ta’ Malti b’dan il-mod?:
(bil-logħob fuq Malta u żmalt). Ikolli ngħid li f’daċ-ċirklu Cassar mhux biss is-saltimbank li jimxi fuq il-ħabel, imma l-prestiġjatur li jilgħab bil-kliem, qisu qed jilgħab bil-blalen fl-arja bla ma jwaqqa’ mank wieħed.
Nispiċċa b’espressjoni oħra mil-lingwaġġ taż-żgħażagħ. Osserva f’dan li ġej il-bumbardament fit-tieni vers – qisu taħbit ta’ qalb li tibqa’ tnaqqas mir-ritmu mgħaġġel wara l-att post-kojtali.
Osserva l-aġġettivi li kollha kemm huma jridu jfissru xi ħaġa simili imma diversa... għajja, telqa, abnegazzjoni.
Kollox ma’ kollox, jidher li l-impatt ta’ l-atmosfera u l-valuri Ewropej fuq dan il-poeta u l-oħrajn sħabu huwa evidenti.
Bħala nota aħħarija u bla ebda relevanza għall-valur ta’ din ix-xorta ta’ poeżija, nixtieq nistaqsi: Għandha din il-poeżija tiġi kklassifikata bħala ‘poeżija maltija’ meta għandha proporzjon hekk kbir ta’ lingwi barranin?
L-aħħar poeta, imma mhux l-inqas, huwa ĊALI GRIMA, li għalkemm huwa awto-didatta f’dan il-qasam, madankollu jidher li terraq qatigħ fil-poeżija modernista. Insibu li l-poeti kollha hawn rappreżentati ddakkru b’influwenza qawwija mill-poeżija tal-bidu tas-seklu għoxrin, l-aktar dik Franciża. Iżda ħadd daqs Grima ma jidher li xorob mill-kurrenti tas-surrealiżmu li kien xandar Andrè Breton (1896-1966) fil-Manifesto tiegħu fl-1924. Konformi ma’ dan il-vanġelu, Grima jinqata’ mill-ħsieb loġiku u jintreħa fil-ħajja-ħolma, fejn kollox jista’ jkun possibli.
Dan il-proċess isir b’awtomatiżmu psikiku u jippreżumi taħlil min-normi estetiċi u morali. Anzi għall-kuntrarju, Grima dan it-taħlil jistiednu u jogħxa fih. Din mhix xi attitudni ġdida fil-poeżija Maltija u ġiet imħaddma minn poeti tal-Moviment Qawmien Letterarju fis-sittinijiet. It-tneħħija tal-linearità loġika għandha l-iżvantaġġi tagħha... speċjalment f’idejn min ikun tari fl-estetika letterarja kif normalment mifhuma. Meta l-għarbiel kritiku jitwassa’ jibdew telgħin mill-inkonxju mhux l-anġli biss imma anke l-mostri. Għalhekk forsi l-bniedem darba ħolom is-sireni u s-satiri, nofshom bhejjem u nofshom bnedmin.
Ħbula stirati huwa ktieb li kull min għandu għal qalbu l-letteratura maltija m’għandux jonqos li jakkwista.

għax minkejja li sejħet id-dinja fuq li sejħet, smewwietek nibqa’ nippreferi
xi mkien tibqa’ mnaqqxa x-xbiha persistenti ta’ bin l-umli mastrudaxxa
xi mkien tibqa’ mnaqqxa x-xbiha persistenti ta’ bin l-umli mastrudaxxa
għall-erotiżmu sfrenat li nsibu fil-poeżija Ix-xewk u x-xwiek, fejn jgħid:
Missejt il-qiegħ
u kien hemm ħlewwa
fil-qiegħ
l-oħla ħlewwa.
u kien hemm ħlewwa
fil-qiegħ
l-oħla ħlewwa.
Mario Vella ppreżenta t-taqsima tiegħu taħt l-isem Brim biex jagħti x’jifhem li dan xogħlu huwa riżultat ta’ ġestazzjoni, ta’ maturazzjoni li l-frott tagħha qiegħed f’idejna.
ALEX VELLA GERA huwa poeta żagħżugħ ieħor li ħalla ritratt bijografiku tiegħu f’dan il-ktieb taħt l-isem ta’ Farfettier li, wieħed jippresumi, jiġri wara l-farfett. X’inhu l-farfett ta’ Vella Gera? Il-poeżija ta’ Vella Gera għandha aktar min-nixxiegħa rqiqa li toħroġ tgelgel safja aktar milli tiżbroffa. Mhix vuċi affermattiva, stridenti li tobbliga lil min jisma’ jwaqqaf widnejh. Vella Gera ma jaqbdikx mill-pavru u jgħidlek “ejja xbin…”. Imma jisirqek ħelu ħelu… Waqtiet il-poeżija tiegħu hija bħal kameo li sforz iċ-ċokon umli tiegħu ma tintebaħx bi ġmielu mill-ewwel. Mhux il-poeta feroċi, għaliex l-ossessjoni tiegħu hija pjuttost dik li jiftakar wara ħolma konfuża iżda li tweġġgħu b’ħafna snanar, fejn l-istħajjil jisfa’ illużjoni, u t-tama tisfa wġigħ akbar.
Hekku kliem il-farfettier:
Għiduli, x’jifdal minni meta l-kaċċa tintemm?
Inkella s-sens ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjoni li qatt ma jimtela minkejja l-ġiri wara l-ħolm:
…u xi ħsibt
li se ssib
met’erġajt qrib
il-qraba u tfulitek?
li se ssib
met’erġajt qrib
il-qraba u tfulitek?
Madankollu f’ċerti waqtiet, il-fatt li l-ħolma tiegħu tidher sfukata wisq inaqqas mill-intensità tagħha bħala viżjoni letterarja.
KEVIN SALIBA m’għandux kantunieri: f’dak li jgħid u f’dak li jagħmel sikwit ifittex l-assoluti ’l fuq jew ’l isfel. Ferħan bil-medda li tagħtih l-espressjoni metaforika, bħal gidi għadu jitwieled u li sab li s-sema u l-art ma fihomx truf, għax hu għadu ma ħabat ma’ l-ebda skoll. Huwa faċli għal żagħżugħ li, bħal ħafna qablu, qaleb rasu fuq Nietzsche, ikkontempla x’qal Aldous Huxley fid-Doors of Perception meta dan ta’ l-aħħar daq ix-xaħxieħa ta’ l-LSD u qara dwar l-imħabba ħielsa, anke jekk mhux iġjenika sa barra (ara lil Moira Egan u lil Antonin Artaud), biex jesklama:
Għax fuq it-Tabor tlajna
ġgajta għatxana, ġgajta mxajtna
biex inxerrdu fjuri skuri
quddiem il-qabar t’alla.
ġgajta għatxana, ġgajta mxajtna
biex inxerrdu fjuri skuri
quddiem il-qabar t’alla.
Madankollu lil Kevin xorta waħda narawh fis-Summa Theosophica jmaħħaħ dwar il-baħħ ta’ kollox quddiem:
L-Assolut.
Dak il-prinċipju waħdani
li jwaħħad kull ħolqa tal-ħolqien,
bla bidu, bla qies, bla sies, bla tmiem.
Dak il-prinċipju waħdani
li jwaħħad kull ħolqa tal-ħolqien,
bla bidu, bla qies, bla sies, bla tmiem.
Kevin Saliba spikka wkoll fil-ħila tiegħu bħala traduttur ta’ poeżiji ta’ ħaddieħor. Fil-lingwaġġ tiegħu hemm ċerti laqtiet, xi wħud minnhom pjuttost ġodda fil-Malti letterarju, li juru li hu tabilħaqq mgħallem f’dan ix-xogħol. Difatti huwa, flimkien ma’ tnejn oħra minn sħabu, jaħdem bħala traduttur ma’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.
ANTOINE CASSAR seddaq din il-ġabra b’sensiela interessanti ta’ poeżiji ‘multilingwi’. Meta qed ngħid multlingwi ma nfissirx li kull poeżija hi b’lingwa differenti, imma li kull poeżija hija msawra minn kliem b’diversi lingwi - stil li ġie mħaddem anke minn Ezra Pound. Dan l-istil ta’ kitba jista’ jissejjaħ soraismus u ġie mħaddem minn ftit awturi għalbiex jinkiseb l-effett ta’ ironija. Ħaddmuh fost oħrajn Ninu Cremona, Victor Fenech, Ġan Anton Vassallo u Frans Sammut. Dan l-istil jissejjaħ ukoll makkeroniku (ara Prof. O. Friggieri, Dizzjunarju ta’ Termini Letterarji). Sata’ Cassar, li kieku ma kienx poeta raffinat, kolt u ta’ ħila, għamel kakofonija sħiħa. Fil-fatt, Cassar inqeda bil-forma dejqa tas-sunett taljan biex damm ma’ xulxin b’mod pulit impressjonijiet, ideat, sentimenti, nostalġiji, espressjonijiet popolari u għajdut ieħor. Biex għamel dan uża mas-seba’ lingwi. Jiena għoddejt il-Malti, l-Ingliż, il-Franciż, il-Germaniż, iċ-Ċek, l-Ispanjol u l-Latin. Li hu ta’ l-għaġeb hu kif Cassar seħħlu jintreċċa dawn il-lingwi kollha flimkien b’tali mod li jidhru minsuġa f’xulxin bħal arazzi wieħed - jew mużajk kif, tabilħaqq, hu stess sejjaħ lit-taqsima tiegħu f’dan il-ktieb. Dawn il-komponenti mhux mixħutin bl-addoċċ imma fihom sekwenza poetika li turi li l-intenzjoni hi li l-kliem jaqdi s-sens u mhux il-kuntrarju. Din l-istrateġija żżid il-misteru u l-ambigwità tal-poeżija ta’ Cassar għax, kultant, la taf hux jitkellem bl-ironija, la taf hux bil-burlesk, inkella mill-banda l-oħra bl-akbar serjetà. Dan jagħmel il-poeżija aktar stimulanti. Ħaġa waħda hija ċerta - li l-poeta jirnexxilu joħroġ riflessjonijiet, xi drabi serji u profondi dwar l-eżistenza tiegħu nnifsu u tal-ħajja in ġenerali. Iżda dak li hu l-aktar impressjonanti, apparti l-għarfien tajjeb ħafna tal-lingwi u l-bagalja kulturali li tmur magħhom, Cassar għandu widna fina mhux biss għall-kelma jew l-espressjoni individwali meħuda fiha nfisha imma wkoll sensittività akuta għall-valur sonorju u pittoriku ta’ kull kelma.
Bħala eżempju sa niġbed din l-istrofa minn Ciao amore ciao:
Adagio, a tuo agio, il festeggiar d’un bacio,
tbissima lewn ix-xemx, turisti f’art il-ħolm,
arc-en-ciel, que tu es belle!, deux corps qui font une ombre,
si scioglie la mia lingua, e chiudo gli occhi, e taccio...
tbissima lewn ix-xemx, turisti f’art il-ħolm,
arc-en-ciel, que tu es belle!, deux corps qui font une ombre,
si scioglie la mia lingua, e chiudo gli occhi, e taccio...
Wieħed josserva l-logħob bil-ħoss tal-kelma permezz tar-ripetizzjoni u tar-rima interna adagio, agio, bacio kif ukoll arc-en-ciel, que tu es belle! u l-onomatopeja arc-en-ciel, deux corps, chiudo gli occhi.
Dawn u oħrajn iġegħluk taqrahom u tarġa’ tixtarrhom. U xi ngħidu għal frażijiet oħra bħal?:
... ir-riħ li 'l bogħod ġie jtajrek
illejla niżżih ħajr, ô belle dame sans merci
illejla niżżih ħajr, ô belle dame sans merci
U x’jidhirlek mid-definizzjoni ta’ Malti b’dan il-mod?:
Soy de una isla esmaltada, de un pueblo del sur
(bil-logħob fuq Malta u żmalt). Ikolli ngħid li f’daċ-ċirklu Cassar mhux biss is-saltimbank li jimxi fuq il-ħabel, imma l-prestiġjatur li jilgħab bil-kliem, qisu qed jilgħab bil-blalen fl-arja bla ma jwaqqa’ mank wieħed.
Nispiċċa b’espressjoni oħra mil-lingwaġġ taż-żgħażagħ. Osserva f’dan li ġej il-bumbardament fit-tieni vers – qisu taħbit ta’ qalb li tibqa’ tnaqqas mir-ritmu mgħaġġel wara l-att post-kojtali.
Eppoi, post-coital void. Sirt maħta, xaħma, tajn,
bobbing about unbuoyed in an ocean not mine…
bobbing about unbuoyed in an ocean not mine…
Osserva l-aġġettivi li kollha kemm huma jridu jfissru xi ħaġa simili imma diversa... għajja, telqa, abnegazzjoni.
Kollox ma’ kollox, jidher li l-impatt ta’ l-atmosfera u l-valuri Ewropej fuq dan il-poeta u l-oħrajn sħabu huwa evidenti.
Bħala nota aħħarija u bla ebda relevanza għall-valur ta’ din ix-xorta ta’ poeżija, nixtieq nistaqsi: Għandha din il-poeżija tiġi kklassifikata bħala ‘poeżija maltija’ meta għandha proporzjon hekk kbir ta’ lingwi barranin?
L-aħħar poeta, imma mhux l-inqas, huwa ĊALI GRIMA, li għalkemm huwa awto-didatta f’dan il-qasam, madankollu jidher li terraq qatigħ fil-poeżija modernista. Insibu li l-poeti kollha hawn rappreżentati ddakkru b’influwenza qawwija mill-poeżija tal-bidu tas-seklu għoxrin, l-aktar dik Franciża. Iżda ħadd daqs Grima ma jidher li xorob mill-kurrenti tas-surrealiżmu li kien xandar Andrè Breton (1896-1966) fil-Manifesto tiegħu fl-1924. Konformi ma’ dan il-vanġelu, Grima jinqata’ mill-ħsieb loġiku u jintreħa fil-ħajja-ħolma, fejn kollox jista’ jkun possibli.
Ilbieraħ int sibt ċavetta
tal-ħġieġ u ftaħt bieb
u ringiela purtieri
tqal bid-dlam tal-memorja
neżżajthom waħda
waħda
u stajt narak mill-ħsieb
b’libsa inviżibbli tat-tieġ
jew fir-riħa blu ta’
l-isptar tistenna xi
farfett tal-laħam joħroġ minnek.
tal-ħġieġ u ftaħt bieb
u ringiela purtieri
tqal bid-dlam tal-memorja
neżżajthom waħda
waħda
u stajt narak mill-ħsieb
b’libsa inviżibbli tat-tieġ
jew fir-riħa blu ta’
l-isptar tistenna xi
farfett tal-laħam joħroġ minnek.
(minn Ħsieb/Ħolma)
Dan il-proċess isir b’awtomatiżmu psikiku u jippreżumi taħlil min-normi estetiċi u morali. Anzi għall-kuntrarju, Grima dan it-taħlil jistiednu u jogħxa fih. Din mhix xi attitudni ġdida fil-poeżija Maltija u ġiet imħaddma minn poeti tal-Moviment Qawmien Letterarju fis-sittinijiet. It-tneħħija tal-linearità loġika għandha l-iżvantaġġi tagħha... speċjalment f’idejn min ikun tari fl-estetika letterarja kif normalment mifhuma. Meta l-għarbiel kritiku jitwassa’ jibdew telgħin mill-inkonxju mhux l-anġli biss imma anke l-mostri. Għalhekk forsi l-bniedem darba ħolom is-sireni u s-satiri, nofshom bhejjem u nofshom bnedmin.
Ħbula stirati huwa ktieb li kull min għandu għal qalbu l-letteratura maltija m’għandux jonqos li jakkwista.
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija