Lillllllllllllllllllllllll - (Ċali Grima)
Qari ta' Mark Vella
Lillllllllllllllllllllllll
Lil dawk li jċappsu
subgħajhom fit-trab.
Lil dawk li nħallu
mill-katina tleqq.
Lil dawk li sparaw
il-ħruq ta’ moħħhom
fuq is-sufani.
Lil dawk li jaħdmu
t-tarmak iswed tal-kwiekeb.
Lil dawk li mmimaw
il-ferħ ta’ ġenn
fl-għanqbuta tal-mera.
Lil dawk li staħbew
fiċ-ċumnija ta’ qalbi.
Lil dawk
li tgħaqqdu fil-bellus
tan-ngħas.
Lil dawk
li saru nemel
u għebu
fl-għoli
xi mkien.
Lil dawk
li qatt ma
raw
is-silenzju
ta’ l-għasafar mitwijin
fil-ħġieġ tal-ġenna.
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija