Brussell - (Mario Vella)
Kant u mużika ta' l-awtur
Minn ġo ħġieġa mtappna rajtu jimbotta l-bagalja u jiċkien
minn ġo ħġieġa mtappna lħaqna farfarna l-aħħar tislijiet
lill-għażiż ħija li bħall-pluridekorati l-oħra qata’ l-biljett
u b’xiber sogħba sellem lill-blata u sebaħ fil-kontinent
"Isma’ meta trid
ejja żurni ftit
għax hemm fuq sabiħ
imma jagħmel il-ksieħ
u ħu ħsieb dak ir-riħ
misħun bl-għasel u mistrieħ"
Rajtu jdub fix-xefaq
bħal kewkba maż-żerniq
il-qaħba milli kellha
setgħet ittih, setgħet ittih
L-imħuħ ta’ ġenerazzjoni li mingħaliha lsienha sabet fil-qiegħ ta’ kexxun fi Brussell,
fuq mejda t’uffiċċju modern “Luxembourg”
psewdokittieba, artisti, politiċi li setgħu kmandaw rispett
unanimament xammru d-dublett fetħu blogg u sarrfu ċekk
"Isma’ meta trid
ejja żurni ftit
għax hemm fuq sabiħ
imma jagħmel il-ksieħ
u ħu ħsieb dak ir-riħ
misħun bl-għasel u mistrieħ"
Rajtu jdub fix-xefaq
bħal kewkba maż-żerniq
il-qaħba milli kellha
felħet ittih, felħet ittih
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija