<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d15005513\x26blogName\x3d%C4%A6bula+stirati\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://hbulastirati.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3dit_IT\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://hbulastirati.blogspot.com/\x26vt\x3d9001078282247049282', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>


Addendum - (Kevin Saliba)


Qari ta' Antoine Cassar


"There are only nine Heavens, Nine Qur’anic Heavens, the projection of which is repeated seven times in the Creation of each Underworld. The rest of Creation is a LIGHT show maintained by the illusion of time." - Carl Johan Calleman, The Mayan Calendar

Addendum

Kun af,
..............li huwa Disgħa n-numru ta’ Smewwiet,
..............li jiddu kull darba għal Seba’ darbiet,
..............fuq Fasla ta’ Disa’ Sottodinjiet,
..............matul Sebat Ijiem u Sitt Dalmiet.

Tinsiex,
..............iżjed ma tterraq ’il boghod mill-Ħolqien
..............inqas taf tqejjes li ġej minn li kien,
..............u iżjed ma tmeri lis-somom tal-ħin
..............inqas se tagħraf li hemm Pjan Divin.

Mill-bqija,
..............kull tikwin huwa spettaklu fittizju
..............ta’ DIJA u maġija, mikbus, miżmum
..............minn żmien żemżem, bl-illużjoni senswali
..............tad-distanzi fl-ispazji, u s-sens taż-żmien.