<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/platform.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d15005513\x26blogName\x3d%C4%A6bula+stirati\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttps://hbulastirati.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3dit_IT\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://hbulastirati.blogspot.com/\x26vt\x3d452769539189636348', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe", messageHandlersFilter: gapi.iframes.CROSS_ORIGIN_IFRAMES_FILTER, messageHandlers: { 'blogger-ping': function() {} } }); } }); </script>


L-Assedju ż-żgħir - (Mario Vella)


Qari ta' Norbert Bugeja


Tamietna fuq dahar it-Tramuntana baħħarna lejn Sqallija
jekk tmissna x-xorti sal-lejla hemm imnejn tfiġġ Pantelleria
deffes imnieħru l-Punent u spiċċajna fuq dil-gżira
xi wħud tawna x’nixorbu, oħrajn tathom ferneżija
il-lingwa nstemgħet familjari, ittantajt nagħmel stqarrija:
Jiena Musadebi Dauda mill-Kosta ta’ l-Avorju
ġejt biex nisirqilkom xogħolkom u niklilkom xi tarbija

Tefgħuni taħt tinda
kbira
tonda
Tawni larinġa qarsa
… … u sodda
ftit skomda
Saħnu l-irjus, xejru l-idejn
kien hemm min weġġa’
L-aħħar ċekċika rfajt għall-gwardjan tqil u agħmi
li bi tħarħira u b’difer twil isfar ippuntali
lejn toqba fil-grada u minnha jien parpart

Fittixt il-kenn, sibt flat fit-tielet sular ġo blokka l-Gżira
Sid il-kera wegħedni mhux ser jagħfasni jekk nagħmillu daqsxejn ta’ pjaċir żgħir
kwarta kollox
kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija
xogħli mhux talli għamiltu tajjeb talli spiċċajt akkwistajt visa
niċċelebra mort fl-ewwel club li sibt, fil-bieb għamlu għalija:
Staqsejt għaliex
ma weġbunix
komplew jittimbraw id l-Olandiża

L-għada sbaħt il-Belt
fettilli għal tibdila
fil-bieb laqagħni b’sormha u l-pipa
qalli: Għalik m’għandna xejn, jien xrift lejn il-vetrina
u ntbaħt li ma’ l-iswed tassew ma jaqbel xejn

Sibt impjieg imħallas hażin nonġor il-ġebel ġo barriera
sfurzajt, tqanżaħt, il-bajd kissirt biex forsi ndawwar lira
sħabi għammduni mitejn darba iżda fl-aħħar laqgħuni
għax miksi bl-għabra tal-franka sirt abjad u issa lkoll drawni

Bis-saħħa ta’ Mawmettu sibt tfajla kerha iżda ħanina
tliet snin ilu żżewwiġna, ftit xhur wara waslet tarbija
għandha għajnejn ommha, imnieħer missierha
ta’ Muhammed l-imħabba, ta’ Kristu l-ħniena
u l-ewwel kelma li lissnet instemgħet Maltija
daqs l-erbgħa u sittin u d-disgħa u sebgħin



Kummenti: 2


Anonymous Anonimo qal(et)...

kuragg nies ghas-sibt, jien nahdem fil-midja tradizzjonali li intom normalment tarawaha bhala tal-misthija... ridt nghajdilkom biss li x-xoghol taghkom jidher interessanti hafna u li kieku tibghatu press release lill mainstream media jafu jinteressaw ruhhom... ippruvaw kellmu lill 'illum' u lill maltastar ukoll... narakom u gluck

toni tar rahal

14.7.07  
Anonymous Stiefnu qal(et)...

Lirika tajba.
Hemm bzonn li ix-xena muzikali ta'Malta tiehu ezempju minn dawn it-tip ta Individwi li jiktbu dil-kitba u jkunu ta' Inspirazzjoni!

28.4.09  

Ħalli kumment

<< Lura għall-paġna ewlenija