Tleqq ix-xita - (Alex Vella Gera)
Qari ta' Antoine Cassar
Tleqq ix-xita mal-ħġieġa tat-tieqa,
imbagħad ir-ragħad.
Ninxteħet quddiemek,
ma’ l-art, ma’ saqajk,
bħal kelb immansat ...
il-gidma tal-ħabel m’għonqi ssikkat.
- Il-qalb xjaħet,
wara li ħadet li xtaqet,
iżda għad-dawl tax-xemgħat
il-ħoss nissemma’ tal-passi tiegħek fil-ġenna.
Sammar ma’ qalbi l-bewsa ta’ l-hena.
Ma niflaħx iktar nisma’ u nistenna.
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija