<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/platform.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d15005513\x26blogName\x3d%C4%A6bula+stirati\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLACK\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttps://hbulastirati.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3dit_IT\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://hbulastirati.blogspot.com/\x26vt\x3d452769539189636348', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe", messageHandlersFilter: gapi.iframes.CROSS_ORIGIN_IFRAMES_FILTER, messageHandlers: { 'blogger-ping': function() {} } }); } }); </script>


U niġi nfittxek - (Antoine Cassar)


Qari ta' l-awtur


U niġi nfittxek

Iċċempel. Niġi nfittxek. Malli tiftaħli l-bieb,
nitlef, fil-ġmiel ta’ wiċċek, ir-ruħ, il-qlugħ, il-ħsieb.
Nitlaq kollox għalik. It-tfajla tal-ġurnata,
il-wens tas-solitudni, il-vrus li nqaxt fuq blata.

Das-seklu li għadu jibda, miżgħud bl-inbiħ tal-klieb,
iġegħilni nkompli nħabrek kif nista’ biex nitjieb,
u għalkemm naf li ma rridx nibni mrammti fuq artek,
niġi għandek bħallikieku se nsib is-skiet f’kamartek.

U nerġa’ niġi nfittxek, ħa nkompli nfannad fik,
għax fik niftaħ għeluqi, għax fik nilmaħ għeruqi,
għax kewntek ħalla baħar li tqallibni u li ttuqni,

das-seħer li għandek fuqi bħal imwieled mill-kwiekeb
iżommni fuq saqajja, dil-qalb mikruma għalik
teħtieġek bejn dirgħajja, u hawn, arani, riekeb

xewqa tnemnem fid-demm, għajnejk jimlew kull m’hemm,
did-dgħajsa sejra tegħreq sakemm il-lejl jintemm.



Kummenti: 3


Anonymous Anonimo qal(et)...

Prosit Chief!
Din il poezija raqtitni fil personal.
Gabitli hsibijiet min esperjenza passata ta persuna ghall qalbi hafna!
Prosit tassew ghax bil proza tieghek irnexxielek tohloqli emozzjoni minsijja!
Cheers!

15.7.07  
Anonymous Rosalind Dougall qal(et)...

Din ibbazata fuq E Ti Vengo A Cercare ta' Franco Battiato?

1.11.09  
Blogger Antoine Cassar qal(et)...

Iva Rosalind, din il-poezija mnebbha mis-silta "E ti vengo a cercare" ta' Franco Battiato, poeta u filosfu vitali li sa ftit snin ilu kont inqisu u nqimu kwazi bhala missier spiritwali.

3.11.09  

Ħalli kumment

<< Lura għall-paġna ewlenija