Iben iben iben ibni - (Alex Vella Gera)
Qari ta' Alex Vella Gera
Iben iben iben ibni
miexi fuq l-art li tgħaffiġni
xbajt mill-istess
b’kull ħaġa li tmiss
u b’hekk tħajjart taħrab tiġri
Mill-jasar tat-toroq
mid-djar imgeddsin
mill-għajnejn dojoq
li jgħassu ’l xulxin
Mixjiet twal f’pajjiż mudlam
l-uċuħ tad-djar kulur il-għadam
Iben iben iben ibni
l-għaraq tiegħek isaffini
ma ħadtx wisq ħwejjeġ miegħek
ftit kellek li sejjaħt tiegħek
la ħbieb u lanqas familja
Ġo sodda mtebbgħa
maġenbek xebba
kellek timsaħ demgħa tleqq
bħal ġawhra minn xofftejha
u tbaxxiet rasek meta lmaħt
iż-żelqa ta’ oħra ma’ ħaddejha
Infridtu ħesrem, aħjar hekk
u minkejja s-sħana kont liebes ġlekk
’il fuq ’il fuq kont se tivvjaġġa
u ma tħallix warajk l-iċken traċċa
Iben iben iben ibni
feddej ta’ kull ma jisimni
Iben iben iben ibni
sir ħaġa waħda mas-sema li għammidni
Fil-ħemda ta’ l-ajruplan
fl-aħħar is-serħan
vjaġġ twil
ta’ elfejn mil ...
Ħoll, ħoll
dak il-fil li jorbtok
bħal ħuta ma’ sajjied
bħall-injam ma’ l-irmied
l-istorbju ma’ l-iskiet.
Iben iben iben ibni
la mdejjaq u lanqas hieni
Iben iben iben ibni
ħrabt miż-żiffa li twennisni
Nifs wara nifs
fl-arja safja ta’ l-ajruplan
Nifs wara nifs
tbajja’ inviżibbli u sħan
Nifs wara nifs
taħrablek rogħda
fl-arja friska ta’ l-ajruplan.
Iben iben iben ibni
ilsir ta’ kull ma ħelisni
tixxengel f’belt li qatt ma seħtitni
tistenbaħ f’kamartek, bil-għatx u barrani ...
qalb poplu bajdani
timxi b’ritmu samrani ...
miexi fuq l-art li tgħaffiġni
xbajt mill-istess
b’kull ħaġa li tmiss
u b’hekk tħajjart taħrab tiġri
Mill-jasar tat-toroq
mid-djar imgeddsin
mill-għajnejn dojoq
li jgħassu ’l xulxin
Mixjiet twal f’pajjiż mudlam
l-uċuħ tad-djar kulur il-għadam
Iben iben iben ibni
l-għaraq tiegħek isaffini
ma ħadtx wisq ħwejjeġ miegħek
ftit kellek li sejjaħt tiegħek
la ħbieb u lanqas familja
Ġo sodda mtebbgħa
maġenbek xebba
kellek timsaħ demgħa tleqq
bħal ġawhra minn xofftejha
u tbaxxiet rasek meta lmaħt
iż-żelqa ta’ oħra ma’ ħaddejha
Infridtu ħesrem, aħjar hekk
u minkejja s-sħana kont liebes ġlekk
’il fuq ’il fuq kont se tivvjaġġa
u ma tħallix warajk l-iċken traċċa
Iben iben iben ibni
feddej ta’ kull ma jisimni
Iben iben iben ibni
sir ħaġa waħda mas-sema li għammidni
Fil-ħemda ta’ l-ajruplan
fl-aħħar is-serħan
vjaġġ twil
ta’ elfejn mil ...
Ħoll, ħoll
dak il-fil li jorbtok
bħal ħuta ma’ sajjied
bħall-injam ma’ l-irmied
l-istorbju ma’ l-iskiet.
Iben iben iben ibni
la mdejjaq u lanqas hieni
Iben iben iben ibni
ħrabt miż-żiffa li twennisni
Nifs wara nifs
fl-arja safja ta’ l-ajruplan
Nifs wara nifs
tbajja’ inviżibbli u sħan
Nifs wara nifs
taħrablek rogħda
fl-arja friska ta’ l-ajruplan.
Iben iben iben ibni
ilsir ta’ kull ma ħelisni
tixxengel f’belt li qatt ma seħtitni
tistenbaħ f’kamartek, bil-għatx u barrani ...
qalb poplu bajdani
timxi b’ritmu samrani ...
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija