Virili Ribelli - (Kevin Saliba)
Qari ta' l-awtur
Virili Ribelli
(b’omaġġ lil Otto Weininger)
Indem Adam għax bit-tqaċċit tad-dewlgħa
ħaġġiġt iċ-ċaħda tad-dehen u tas-sinsla.
Indem j’Adam għax fis-saħna tad-demm
nixxift int l-imħuħ u għabbixt int ir-ruħ.
La int bist il-ħaddejn,
kif se noqordu r-redgħa?
F’tagħxiq u f’tixniq il-ħolqien qarrieq
nitriegħex mill-ġens li jriegħed ir-riedni,
minn ħanġra li xxoqq waqt leħħa ta’ berqa
imfaqqgħa b’qilla fl-eqdem żminijiet.
La żegħilt bil-biżlejn,
kif qatt nista’ ninfeda?
Iżd’ara:
.............jien, ta’ virili ribelli li jien
.............ħa nżarrad żokorti sal-barri għammiel,
.............biex naħfen b’id waħda l-medda taż-żmien,
.............inwiddeb sa ngiddeb il-gidba tal-ġmiel.
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija