Tremors - (Kevin Saliba)
Qari ta' l-awtur
Tremors
Tempesta tremenda
dit-tempra tal-masklu maskulin,
tempesta titbaqbaq
bil-beraq u l-ħalel
titqellel tiżbroffa
fl-għargħar, bil-lejl u bi nhar.
Bufura mqanqla
dit-tempra tal-masklu maskulin,
bufura fix-xahar ta’ Jannar
tregħida tiddagħdagħ fid-dahar
waħħâm iwaħwaħ fil-fwar,
najjâr inagħnagħ bil-ħrar.
Burraxka qalila
dit-tempra tal-masklu maskulin,
volpi jivvampja jiħmar
dragun ifajjar in-nar
vulkan itajjar ix-xrar,
burraxka tixkatta f’murtal.
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija