<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/platform.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar/15005513?origin\x3dhttps://hbulastirati.blogspot.com', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>


Notturn - (Kevin Saliba)


Qari ta' Twanny Cassar


“I often think that the night is more alive and more richly coloured than the day.” - Vincent Van Gogh

Notturn (Lil Vincent Van Gogh)

Ma hawn xejn isbaħ mil-lejl.

Mhux dak tas-Sibt fl-għaxija
tal-ġenn u l-frattarija,
lanqas il-lejl ta’ l-irqad
li jtir qisu ma kien qatt.

Iżda lejl inin bil-mod
fis-skiet jittektek jirtogħod,
ilbieraħ ilu li għadda
u l-għodwa għadha ’l bogħod.

Eh, trid tħobbu l-lejl
għax il-lejl hu x-xejn
u x-xejn huwa l-baħħ
u l-baħħ huwa l-lejl.

U trid tidra tixbhu l-baħħ
għax dak biss jista’ jsabbrek
meta għad taħbat tintebaħ
kemm tabilħaqq int waħdek.