Mgħawweġ bħal musmar - (Alex Vella Gera)
Qari ta' Antoine Cassar
Mgħawweġ bħal musmar li tħarreġ taħt l-eħrex imrietel
għal ħafna żmien ħabbejt l-għajat ta’ l-imrieħel,
l-isħab mitluqin bħal kpiepel,
u x-xmajjar jitkaxkru qishom sriep
minn bejn sider il-wied.
U wara meta qgħadt naħseb fis-skiet ...
ħassejt jien ukoll
ix-xenqa ta’ l-ilmijiet
fi triqithom lejn l-ibliet
iżda l-ħlewwa li ħassejt qabel malajr tintesa.
Kemm tista’ l-qalb ta’ bniedem tesa’ ?
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija