Jekk inpoġġi ammont ta’ sbuħija minn moħħi fuq idejn tallab issir tixbah lil alla allatallab talla’ lagħab talb ta’ tallab t.b. tlieta birra u l-ispirtu saħan
Nhar it-Tnejn 23 ta' Lulju wasal fil-ħwienet tal-kotba ta' Malta u Għawdex il-ktieb Ħbula stirati, ġabra ta' poeżija friska, awdaċi u niggieża, miktuba minn ħames individwi bi stili u atteġġamenti lejn l-arti tal-poeżija li m'għandhom kważi xejn minn xulxin.
Mingħajr ma jitgerrxu għalkollox mit-tradizzjoni, iżda dejjem eċċentriċi fit-tiftixa għal leħen personali, dak li l-ħames poeti żgur jaqsmu fid-diversità artistika tagħhom hija xenqa espliċita li jdaħħlu mill-ġdid is-sogru fis-sengħa tal-vers.
Dan jirriflettih it-titlu stess tal-ktieb: Ħbula stirati tabilħaqq jirrappreżenta, u b'bosta modi, diverġenza pjuttost deċiżiva mill-antoloġiji debuttanti tal-poeżija Maltija tas-soltu. Forsi ftit huma l-kittieba kontemporanji Maltin li jagħrfu li l-kitba tista' tkun vokazzjoni perikoluża, u li mingħajr dan l-element ta' riskju, il-poeżija aktarx tisfa bla togħma u mingħajr sugu.
Għal aktar tagħrif, ikklikkja fuq il-ħoloq li jidhru hawn taħt.
Damiano Abeni
Stanley Borg
Norbert Bugeja
Moira Egan
Charles Flores
Eric Gatt
Stephen Gatt
Maria Grech Ganado
Adrian Grima
Albert Marshall
Immanuel Mifsud
Achille Mizzi
Antonio Olivari
Ray Pitrè
Helga Portanier
Mark Vella
Mgħadd
Ċaħda
Il-fehmiet espressi f'dan is-sit elettroniku huma dawk ta' l-awturi biss, u ma għandhom ikunu assoċjati ma' l-ebda għaqda jew istituzzjoni li l-awturi jagħmlu parti minnha.
Kummenti: 1
Loghba scrabble fil-kesha tal-kannierja. It-tlieta birra kellhom jigu l-ewwel u mhux l-ahhar.
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija