Dgħajfin għajnejja - (Alex Vella Gera)
Qari ta' Mark Vella
Dgħajfin għajnejja meta tħares lejja
tittawwal ħarstek minn wara ħajtek.
X’ħa nsemmik meta nitbiegħdu?
Ġurdien, tigra jew assedju?
Dgħajfin riġlejja meta tersaq lejja
kont ili nieqes mill-id materna
u minn dufrejk issawret xewka eterna.
Debba, siġra, jew imperu?
F’xiex tinbidel meta nitbiegħdu?
Kummenti: 0
Ħalli kumment
<< Lura għall-paġna ewlenija