Sinjuri! Sinjuri! Inġabru fit-tinda, ħa ngħidulkom kelma!

"Ħbula stirati mhux xogħol ta’ psewdo-poeti (li minnhom illum għandna ħafna) li kemm kemm jafu fejn toqgħod il-poeżija aħseb u ara kemm għandhom ħila jdommu l-kliem skond is-sengħa letterarja. Ħbula stirati, madankollu, mhux intiż għal dawk li jaħsbu li l-poeżija waqfet f’Dun Karm, Rużar Briffa u Karmenu Vassallo, bir-rispett kollu li dawn jixirqilhom.
Dan il-ktieb huwa eżempju tajjeb tal-poeżija moderna u post-moderna fejn il-kittieb jittama li jikseb valuri li m’għadhomx komunement aċċessibbli permezz tar-reliġjon u tal-filosofija. Hija poeżija essenzjalment eżistenzjalista li tipprova tfittex sensibbiltà ġdida biex tissielet mal-kriżi ta’ l-identità li tkidd lill-poeti fis-sitwazzjonijiet ta’ l-eżistenza... l-inċertezza, l-imħabba, il-ġibda/bruda lejn gżiritna, is-sess, in-normi tal-moralità jew in-nuqqas tagħhom f’kull individwu. [...]
Ħbula stirati huwa ktieb li kull min għandu għal qalbu l-letteratura Maltija m’għandux jonqos li jakkwista."

Sierra Distributors qegħdin joffru li jwasslulek kopja tal-ktieb.
Il-kunsinna hija bla ħlas.
Ċempel 2137 8576.